Raġel ta’ tnejn u tlettin sena minn Marsascala jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet fuq parti minn struttura ta’ krejn f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.