Raġel ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq Santu Rokku, il-Kalkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Abigail Crtitien kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.