Raġel mill-Ghana ta’ 27 sena qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ fi Triq San Klement fiż-Żejtun għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu, wara li r-raġel waqa’ madwar żewġ sulari.
Immedjatament, fuq il-post isejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bil-vittma ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Ian Farrugia li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.