Raġel Taljan jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:15 iddaħħal l-isptar Mater Dei jsofri minn xi ġrieħi.
Ir-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Schreiber f’San Ġiljan meta għal raġuni mhix magħrufa waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu l-vittma li għandu 47 sena.
Hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.