Raġel ta’ 78 sena, iddaħħal Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi serji.
L-inċident seħħ f’residenza fi Triq Axtart, Marsaxlokk.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, ir-raġel, waqa’ minn fuq sellum u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.