Raġel ta’ 29 sena mill-Mali li jogħqod l-Isla jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident ġo scrap yard fi Triq Valletta, Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal10.30 ta’ dalgħodu.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma waqa’ minn fuq makkinarju li kien qed jopera.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.