Raġel ta’ 57 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar metru u nofs għoli minn gallarija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.