Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart, sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Peugeot Tweet u waqa’. Dan seħħ fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq, persuna mid-Danimarka ta’ 56 sena u residenti s- Swieqi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-vittma ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.