Raġel ta’ 42 sena mill-Fgura jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li l-Ġimgħa waranofsinhar indarab gravi wara li waqa’ minn fuq lifter f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart fi Triq il-Furnar meta r-raġel waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq lifter.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.