Raġel, li l-identitá tiegħu għadha mhix magħrufa, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, fiż-Żona Industrijali tal- Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.