Indjan ta’ 49 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar żewġ metri f’dar f’Birżebbuġa.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li hi ġiet informata mill-awtoritajiet tas-saħħa għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu, li aktar kmieni kien iddaħħal raġel l-isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’residenza privata li tinsab fi Triq Salvatore Cachia Zammit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet, waqt li nfetħet inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ.