Għarbi ta 32 sena sofra minn ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem ġo garaxx.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart fi Triq San Lawrenz, il-Birgu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-Każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.