Raġel li l-identità tiegħu għada mhux magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija ntlaqat minn karozza Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vetura kienet qed tinstaq minn Mara ta’ 61 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji. Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.