Filippin ta’ 43 sena minn Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħaxija fi Triq Valletta, f’Ħal Luqa.
Fuq il-post marru l-pulizija fejn minn ivestigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef kontroll tal-karozza tat-tip Mazda 2 Sport u ħabat ma’ ħajt.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.