Raġel ta’ 55 sena li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Furjana.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħodu fi Triq l-Imħażen.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura Smart li kien qed isuq u kellu impatt ma’ proprjetà privata.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.