Raġel ta’ 38 sena mill-Pakistan jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-01:30 fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.
Fil-karozza tat-tip Volkswagen Golf kien hemm ukoll Mawritanja ta’ 28 sena, li issa qed issofri minn ġrieħi gravi.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrar Dr.M. Farrugia, li ħatret diversi esperti biex jgħinuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.