Raġel ta’ 31 sena mill-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien qed isuq ir-rota fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Mellieħa, il-Mellieħa.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li bidwa li kien miexi fiż-żona lemaħ lir-raġel mal-art biswit rota. Huwa mmedjatament ikkuntattja s-servizzi tal-emerġenza.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għandhom għaddejjin, anki biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.