Raġel ta’ 39 sena li jgħix ir-Rabat, Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-inħawi ta’ Daħlet Qorrot, in-Nadur.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li l-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ waranofsinhar.
Intqal li xi nies li kienu fuq il-post taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar.
Fuq il-post apparti l-Pulizija, mar ukoll tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Maġistrat Simone Grech ġie infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.