Raġel ta’ 55 sena minn Birżebbuġa spiċċa jsofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ xebgħa ftit ‘il bogħod minn Bieb il-Bombi fil-limiti tal-Ħamrun. Għal xi ħin il-vittma kien qed isofri minn ġrieħi serji, iżda qaleb għall-aħjar.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal habta tas-02:00 fejn ġie operat minnufih. Il-Pulizija qed iżżomm żewġ persuni li kienu nvoluti f’dan l-argument għal aktar stħarriġ.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun imexxija mill-Ispettur Robert Vella qed tinvestiga l-każ biex tistabilixxi l-mottiv, filwaqt li nfetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.