Raġel ta’ 59 sena residenti Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ serjament kawża ta’ inċident tat-traffiku li kien involut fih.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Wied, Ħal Qormi.
Uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku marru fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Birkirkara.
Il-vittma ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.