Raġel ta’ 64 sena miż-Żebbuġ Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Huwa wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helikopter għal aktar assistenza medika.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.