Raġel ta’ erbgħa u tletin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, fi Triq Ħal Luqa.
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ tletin sena li jgħix Bormla.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Antoine Agius Bonnici, li ħatar inkjesta. Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.