Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li spiċċa milqut minn karozza f’Għajnsielem, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:10 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, meta r-raġel intlaqat minn Land Rover misjuq minn Ġermaniża ta’ 51 sena li tgħix Għajnsielem stess.
Huwa ttieħed l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa J. Vella Cuschieri, li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.