Raġel ta’ 42 sena minn Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura f’Bormla.
Irriżulta li fit-tmienja u għaxra tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq San Pawl, il-vittma safa milqut minn vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 34 sena miż-Żurrieq.
Ambulanza li ssejħet fuq il-post ħadet lir-raġel ta’ 42 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.