Raġel ta’ sebgħa u tletin sena mill-Pakistan li jgħix Tas-Sliema jinsab f’qagħda kritika wara li ttajjar minn karozza f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u għoxrin fi Triq Sir Anthony Mamo f’Birkirkara.
L-ewwel stħarriġ juri li r-raġel intlaqat minn vettura Hyundai Tucson li kienet qed tinstaq minn mara ta’ tmienja u ħamsin sena min-Naxxar.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.