Raġel ta’ 43 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa.
Il-Pulizija qalet li r-raġel instab għall-ħabta tat-20:10 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Imgiered, Ħal Luqa, bil-mutur tat-tip Meiduo, maqlub fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.