Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ħruq bil-kawża tkun x’aktarx ta’ xemgħa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsillejl li raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kien sofra xi ġrieħi waqt li kien fir-residenza tiegħu fl-Imsida.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 41 sena, sofra xi ħruq f’partijiet minn ġisimu, x’aktarx kawża ta’ xemgħa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.