Raġel ta’ 46 sena, residenti ż-Żejtun, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Anna, il-Furjana.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha, meta tilef il-kontroll u ħabat f’Bieb il-Bombi.
Tim mediku assista lir-raġel, fejn ittieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Elaine Rizzo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.