Niġerjan ta’ tnejn u erbgħin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident ġewwa sit tal-kostruzzjoni li tinsab fi Triq Wied Merill, San Lawrenz.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart, meta r-raġel ta s-salt lura minħabba li waqa’ parti minn makkinarju fil-viċin tiegħu bil-konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji. Huwa wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helikopter.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.