Raġel ta’ 50 sena residenti Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ ħajt fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart tas-Sibt filgħodu fi Triq Tal-Barrani.
Il-vittma, li kien qed isuq Maruti Gypsy, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.