Raġel ta’ 39 sena residenti ż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu fi Triq il-Labour.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, li kien qiegħed isuq Mazda Demior, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li ħabat ġo arblu.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja