Raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Balzan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħa xi splussiv pirotekniku f’idu.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija f’każin fi Triq il-Kbira, Ħal Balzan stess.
Il-Pulizija marret mil-ewwel fuq il-post wara li ġiet infurmata li kienet seħħet splużjoni.
Fuq il-post issejħu tim mediku, membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-Explosive Ordnance Disposal (EOD) sabiex jiġi żgurat li jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm u tingħata l-assistenza medika lir-raġel.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.