Eritrean ta’ 34 sena li jgħix Ta’ Xbiex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ġie aggredit minn żewġ persuni b’arma li taqta’ u bil-ponta fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa u nofs.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post u qed issir tfittxija għalihom.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.