Niġerjan ta’ 29 sena li joqgħod il-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Ħal Lija.
Irriżulta li fil-23:20 tal-Ħamis filgħaxija fi Triq il-Mosta, il-vittma tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, tat-tip Peugeot 306, ħabat mal-bankina u spiċċa f’għalqa.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lir-raġel mill-vettura. Huwa ttieħed mill-ewwel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin.