Sewwieq ta’ mutur ta’ 29 sena minn Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tliet neqsin kwart fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar, direzzjoni lejn San Ġiljan.
Jidher li r-raġel li kien qed isuq il-mutur, għal xi raġuni ħabat mal-ħajt li jifred iż-żewġ toroq u tkaxkax diversi metri.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard, is-sewwieq ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.