Raġel ta’ 54 sena u residenti Ħal Qormi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li llum wara nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa mill-vittma u readymix misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħad-Dingli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew fuq il-post tal-inċident u r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.