Raġel ta’ 57 sena minn Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta bil-mutur tiegħu fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad stess, għall-ħabta ta’ nofsinhar illum.
Minn investigazzjonijiet preliminari fuq il-post, jirriżulta li l-impatt seħħ ma’ vann misjuq fl-istess direzzjoni minn raġel ta’ 31 sena mill-Mosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Philip Galea Farrugia, ġie informat bil-każ u ħatar inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.