Raġel ta’ erbgħa u tletin sena min-Nepal jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ minn ġo gallarija madwar sular għoli.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u nofs f’Telgħet Gwardamanġa f’Tal-Pietà.
Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel fuq il-post li mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.