Żewġ Albaniżi, wieħed ta’ 32 sena residenti ż- Żebbuġ Għawdex u l-ieħor ta’ 42 sena residenti r-Rabat Għawdex, sofrew xi ġrieħi wara li waqgħu minn xi għoli waqt li kienu qed jagħmlu xi xogħlijiet ta’ konstruzzjoni fi Triq il-Madonna tal-ħniena, fix-Xewkija Għawdex.
Dan ġara għall-ħabta tal-11.45. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ Albaniżi l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Aktar tard ir-raġel li għandu 32 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li dak ta’ 42 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Vella Cuschieri LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.