Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u nofs seħħ inċident stradali fil-post magħruf bħala Santa Katerina limiti tar-Rabat.
Raġel ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar safa’ milqut minn vettura tat-tip Subaru Justy li kienet misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti x-Xgħajra, wara li din għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura.
Ir-raġel ingħata l-ewwel asssitenza minn xi persuni li kienu qrib tiegħu sakemm fuq il-post waslet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.