Għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu, il-Pulizija marru jassistu lil raġel ta’ 49 sena li joqgħod Pembroke li waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding.
Il-każ seħħ f’residenza fi Triq is-Salini, in-Naxxar u minn stħarriġ preliminarji jidher li raġel kien qed jaħdem fil-gallarija tal-istess residenza u kawża tal-waqa’ sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin.