Raġel ta’ 57 sena minn Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-17:00 fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi.
Stħarriġ preliminari wera li l-vittma ntlaqat minn vettura tat-tip Mercedes li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena li joqgħod Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.