Raġel ta’ 28 sena min-Nepal li jgħix il-Mellieħa weġġa’ gravi f’argument li kellu ma’ raġel ieħor fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tat-20:30.
Ir-raġel l-ieħor involut fl-argument ħarab minn fuq il-post.
Waqt l-argument allegatament intużat ġebla.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-vittma. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.