Ilbieraħ għall-ħabta tat-20.10, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li allegatament kien seħħ argument bejn żewġt irġiel, fejn wieħed minnhom li għandu 22 sena u huwa mill-Gambja kien allegatament qala’ daqqiet ta’ arma li taqa’ u bil-ponta waqt l-istess argument.
L-identità tal-allegat aggressur għadha mhux magħrufa.
Ir-raġel ta’ 22 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Dwar il-każ inħatret inkjesta milll-Maġistrat Dr S Grech LLD.
Investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.