Raġel b’saħħtu, bi twemmin Ewropew sod li bla dubju se jaħdem viċin ta’ kull stat Ewropew fil-kumplament tal-mandat tiegħu.
Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru ddeskriva lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, wara li ftit tal-ħin ilu reġa ġie elett mill-Mexxejja Ewropej tul il-jum tal-Ħamis.
Il-Prim Ministru rringrazzja lil President tal-Kunsill Ewropew għal ħidma li għamel tul l-aħħar sentejn u nofs u tal-ħidma li se jkun qed ikompli jagħmel fil-mandat tiegħu ta’ tliet snin.
#EUCO – March 2017: #Muscat #MT Statement on reelection of #PEC #Tusk @eucopresident @EU2017MT @JosephMuscat_JM https://t.co/hQWWN9AImv
— EU Council TV News (@EUCouncilTVNews) March 9, 2017