Raġel ta’ 56 sena b’diversi kundizzjonijiet kroniċi miet wara li kien infettat bil-Coronavirus.
Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li r-raġel miet fl-isptar Mater Dei matul il-lejl li għadda.
Huwa kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei u sarlu test għall-virus fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19, l-għada.
Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tat-8 persuna li mietet wara li kienet infettata bil-virus, il-Ministeru tas-Saħħa tenna l-appell biex il-poplu jsegwi l-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa biex nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.