Raġel ta’ 30 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika.
Is-Sibt filgħaxija mar id-dar tal-kunjatu wara li kellu argument mal-mara u mar jagħmel storbju barra d-dar tal-kunjatu fejn kienet qed tgħix il-mara.
Fil-qorti ħareġ li l-akkużat għandu problema ta’ droga u ossessjoni.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud qal li hemm zero tollerance għar-reati bħal vjolenza domestika, li m’għandhiex tibqa’ moħbija imma għandha toħroġ sabiex jiġu protteti l-vittmi.
Il-Maġistrat qal li jekk hawn problema ta’ droga trid tiġi indirizzata. Hekk kif pajjiżna hawn servizz eċċellenti bħal Oasi, Caritas u Sedqa li jgħinu lin-nies b’vizzju ta’ droga u jkollhom każijiet ta’ suċċessi. Faħħar il-ħidma li qed isir il-ħabs fejn inqatgħet id-droga – għax tmexxija serja u dixxiplina fil-ħabs qatt ma qatlet lil ħadd imma d-droga toqtol.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud qal: “Jien ħa ngħinek kemm hemm bżonn, issa importanti li int tgħin lilek nifsek.”
Il-Maġistrat tah ħelsien mill-arrest u ordna sabiex isir presentincing report. Il-Qorti ħarget ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara.