Raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi serji wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar a ġewwa garaxx fi Triq Pawlu Mifsud.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħadid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana, li ordna li ssir inkjesta uħatar diversi esperti sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.