Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija ħdejn ix-Xatt ta’ Qui Si Sana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.