Aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Raddet ir-Roti f’San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 47 sena li joqgħod Wied il-Għajn, kien qiegħed isuq vann Mercedes, tilef il-kontroll tal-vettura, u baqa’ dieħel ġo parapett ta’ residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma, u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.